Thursday, April 25, 2024

Tfajla ssofri ġrieħi gravi f’inċident tat-traffiku f’Ħaż-Żabbar

Aqra wkoll

Kien ilbieraħ għall-ħabta tat-8.30pm meta l-pulizija ġiet informata li fi Triq Villabate, Ħaż-Żabbar kien seħħ inċident tat-traffiku.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li żagħżugħ ta’ 18-ilsena residenti Ħaż-Żabbar kien qiegħed isuq Mazda Demio, tilef il-kontroll u ħabat ma’ Peugeot 206 li kienet ipparkjata.

Flimkien maż-żagħżugħ kien hemm ukoll żewġ tfajliet u ġuvni, kollha għandhom 17-il sena u residenti l-Marsa, Raħal Ġdid u Ħaż-Żabbar rispettivament.

Il-persuni involuti ngħataw l-għajnuna minn tim mediku u tfajla minnhom ittieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għall-kura, fejn ġiet iċċertifikata li weġġgħet gravi.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.

Sport