Saturday, May 4, 2024

Jammetti li hedded lis-sieħba li li jġib lil binhom ‘jigsaw puzzle’

Aqra wkoll

Raġel ta’ 30 sena minn Bormla li ismu ma jistax jixxandar fuq tibqa’ mistura l-identità tat-tifel ammetta quddiem il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech li hedded lis-sieħba tiegħu li jqatta b’mus lil binhom li għad għandu xahar u nofs.

Ir-raġel kien akkużat li hedded lis-sieħba li kien se jġib lil binhom ‘jigsaw puzzle’ u kien hawn li l-istess sieħba talbet l-għajnuna tal-pulizija.

Hu kien akkużat ukoll li waqt l-arrest hu pprova jaħrab kif ukoll li kiser diversi kundizzjonijiet imposti fuqu mill-Qorti f’każi separati.

Wara li ammetta, il-Maġistrat Frendo Dimech qalet li lanqas l-annimali ma jweġġgħu lil uliedhom għax imur kontra l-istint tagħhom.

Min-naħa tiegħu r-raġel wera dispjaċir u qal li jħobb ħafna lil ibnu u jagħmel kollox għalih.

Hu ġie kkundannatu għal 3 snin probation u ordnatlu jsegwi trattament għal kontra r-rabja.

Sport