Tuesday, December 24, 2024

Xhud tgħid li rat lill-vittma titla’ f’karozza mumenti qabel inqatlet 

Ikompli l-ġuri dwar il-qtil ta’ Simon Grech

Aqra wkoll

Hekk kif kompla l-ġuri b’rabta mal-qtil ta’ Sion Grech, jew kif inhi magħrufa bħala Simon, prostituta li nzertat kienet qiegħda titlajja’ fl-istess żona ffrekwentata mill-vittma, qalet li hija kienet rat lill-vittma tidħol fil-karozza ma’ raġel, ftit qabel mewtha. 

Meta telgħet fuq il-pedana tax-xhieda, il-mara qalet li riedet tagħlaq dan il-kapitlu ikrah “darba għal dejjem.” Hija kienet qiegħda tixhed fil-ġuri ta’ Ismael Habesh ta’ 52 sena mil-Libja u Faical Mahouachi ta’ 55 sena mit-Tuneżija li jinsabu akkużati bil-qtil ta’ Grech, li seħħ fl-2005. 

Il-prosekuturi kkonfrontaw lix-xhud b’xhieda li hija kienet tat fl-2016 fil-Qorti tal-Maġistrati, li fiha kienet qalet li rat lil Sion titlaq mill-post tal-Marsa fejn kienet taħdem u saret taf bl-għajbien tagħha mingħand il-familjari tal-vittma. 

Ix-xhud qalet lill-Qorti li kienet ilha taf lill-vittma sa minn meta kienu għadhom tfal. Hija kkonfermat li Grech kienet ukoll titlajja għall-prostituzzjoni fil-Marsa. Hija tgħid li ltaqgħet ma’ Habesh, li għarfitu fil-Qorti, permezz tal-vittma “għax kien is-sieħeb tagħha.” 

“Il-vittma kienet tgħir ħafna għal Habesh għax kien miżżewweġ,” qalet ix-xhud. Iddeskriviet ir-relazzjoni ta’ bejn Habesh u Grech bħala waħda tipika ta’ koppja li kellhom il-vizzju tad-droga. 

Membru tal-ġurija staqsa jekk ix-xhud qattx kienet rat irġiel isawtu lin-nisa fl-inħawi, u hija wieġbet li din kienet tiġri fuq bażi regolari. “Meta kien jiġri dan, il-prostituti l-oħra fiż-żona kienu jitferrxu biex jantiċipaw il-wasla tal-uffiċjali tal-pulizija. Jekk il-vittma ma kinitx tkun il-Marsa, Habesh ma kienx ikun hemm lanqas.” 

Fil-Qorti nqrat ukoll stqarrija li ta ċertu Jamal Salem Abulked fl-2005, li fiha jingħad li huwa ltaqa’ mal-vittma u Habesh qrib l-Isptar San Luqa f’April ta’ dik is-sena. Huwa qal li “l-qraba ta’ martu kienu ċanfruh talli mbarazzahom billi kellu sess ma’ prostituta transesswali.”

Il-ġuri qed jinstema’ quddiem l-Imħallef Aaron Bugeja. Il-Prosekuzzjoni qed titmexxa mill-Avukati Anthony Vella u Abigail Caruana Vella mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali. L-Avukati Edward Gatt u Ishmael Psaila qed jidhru għal Habesh mentri l-Avukat Simon Micallef Stafrace qed jidher għal Mohouachi. L-Avukat Roberto Montalto qed jidher parte civile.

Xhud tgħid li rat lill-vittma titla’ f’karozza mumenti qabel inqatlet 

Hekk kif kompla l-ġuri b’rabta mal-qtil ta’ Simon Grech, jew kif inhi magħrufa bħala Sion, prostituta li nzertat kienet qiegħda titlajja’ fl-istess żona ffrekwentata mill-vittma, qalet li hija kienet rat lill-vittma tidħol fil-karozza ma’ raġel, ftit qabel mewtha. 

Ekonomija

Sport