Wednesday, April 24, 2024

Xirja laħam togħla bi kważi 7%

Aqra wkoll

Minn VICTOR VELLA

Quddiem dak li qed jiġri f’pajjiżna u madwar id-dinja minħabba l-Coronavirus, qed jirriżulta li f’pajjiżna firxa wiesa ta’ prodotti qegħdin jogħlew fil-prezz.  Inewsmalta kompla jsegwi dak li għaddej fejn jirriżulta li hawn negozji li għollew il-prodotti tagħhom.   Jirriżulta li l-prodotti li qed jogħlew huma mifruxa kemm f’ħaxix u frott frisk, ħaxix tal-friza u anke prodotti oħrajn tal-ikel ibbottiljati. Jekk naraw il-laħam frisk, jirriżulta li waqt li ċerti prodotti baqgħu bl-istess prezz oħrajn għolew.  Xirja laħam, illum hi 7 fil-mija aktar minn kemm kienet madwar xahar u nofs ilu.

Minn stħarriġ li għamilna jirriżulta li llum ħafna ħwienet tal-laħam qegħdin iwasslu ix-xirjiet lin-nies fi djarhom. F’ħafna każi fejn xirja tkun aktar minn €50, mhux qed jinżammu flus talli x-xirja titwassal id-dar.

“Xirja li qabel kienet tigini €70, illum qed tiġini kważi €74 u dan fi żmien ftit jiem.  Ħafna prodotti għolew. Jekk tara l-ħaxix tal-friża issib li dan kważi kollu għola b’5 jew 6ċ kull pakkett.  Anki laħam immarinat li jsir mill-istess ħwienet għola fil-prezz”, qalltilna omm li tkellmet magħna.

Fir-rigward tal-majjal naraw li l-‘pork ribs’ baqgħu bl-istess prezz ta’ €5.50, waqt li l-‘pork chops’ għolew minn €4.99 għal €5.40. ‘Streaky Bacon’ għola minn €5.80 għal €6.15. Il-kapuljat għola minn €7.50 għal €8.00.  Il-lamp cuts għolew minn €9.80 għal €10.50.

Naraw li jekk wieħed iqabbel xirja li saret f’nofs Frar ma’ xirja li saret proprju jumejn ilu wieħed isib li l-prezz tax-xirja żdied bi kważi 7 fil-mija.  Xirja li kienet tiġi tiswa €73.98 issa saret tiswa €78.80.

Jirriżulta li “li l-koxox tat-tiġieġ minn €2.10 issa saru €3.20, ‘saqajn tat-tiġieġ minn €2.50 saru €2.55’, sidra tat-tiġieġ minn €5.50 saret €6.00. Fejn tidħol iċ-ċanġa naraw li l-Cuberoll għoliet minn €13.99 għal €14.50, il-friża baqgħet bl-istess prezz dak ta’ €6.50. Il-Beef Rump għola minn €9.80 għal €10.50.”

Fir-rigward tal-majjal naraw li l-‘pork ribs’ baqgħu bl-istess prezz ta’ €5.50, waqt li l-‘pork chops’ għolew minn €4.99 għal €5.40. ‘Streaky Bacon’ għola minn €5.80 għal €6.15. Il-kapuljat għola minn €7.50 għal €8.00.  Il-lamp cuts għolew minn €9.80 għal €10.50.

L-omm li tkellmet magħna qaltilna li “nifhem li dan hu mument li qatt m’għixna qabel. Jien ninkwieta l-akbtar għal anzjani u għal dawk li għanhom limitazzjonijiet finanzjarji”, qaltilna l-omm.

Sport