Xjenzati mill-Italja u l-Iskozja qalu li wara studju li sar fl-Eġittu jistgħu jikkonfermaw li kienu sabu belt enormi taħt il-Piramidi ta’ Giza.
Skont ix-xjenzati, din hija kbira madwar 6,500 pied u tinsab eżatt taħt il-piramidi u hija ferm akbar minnhom.
Dan l-istudju sar hekk kif ix-xjenzati għall-ewwel darba wżaw apparta li jaħdem bir-radar li joħloq ritratti ta’ riżoluzzjoni għolja ħafna anke x’hemm taħt l-art. Din is-sistema tixbaħ ħafna għal meta bdew jinħolqu l-mapep taħt l-oċeani.
Dak skopert juri strutturi li huma 2,100 pied taħt il-Piramida u hem strutturi oħrajn li jinsabu 4,000 pied ‘l isfel.
Għal ħafna din hija skoperta li tista’ tbiddel l-istorja tal-Eġittu. Minkejja dan xjenzati li ma kienx parti minn dan l-istudju qalu li huma xettiċi dwar dan kollu u jrid ikun hemm aktar analiżi ta’ dak li nstab.
Il-Professur Lawrence Conyers, espert fir-radar u li jaħdem fl-Univeristà ta’ Denver qal lill-aġenziji tal-aħbarijiet internazzjonali li t-teknoloġija li teżisti bħalissa mhux posibbli li radar jinżel daqshekk ‘l isfel.
Jgħid li hu konvint li hemm xi strutturi taħt il-piramidi, iżda xettiku dwar kemm jinstabu ‘l isfel skont kif qiegħed jgħid l-istudju.