Xogħlijiet matul il-lejl fi Triq Mikiel Anton Vassalli – għeluq parzjali tat-triq

Aqra wkoll

Mil-lum it-Tlieta 17 ta’ Novembru, Infrastructure Malta se tibda xogħlijiet ta’ tiswija tal-crash barriers fi Triq Mikiel Anton Vassalli, fiż-żona tal-flyover tal-Kappara.

Ix-xogħlijiet mistennija jibqgħu għaddejjin sal-Ġimgħa 20 ta’ Novembru u se jsiru matul il-lejl, bejn id-9:00pm u l-5:00am.

Matul dawn il-ħinijiet se jkun hemm għeluq parzjali tat-triq sabiex ikunu jistgħu jsiru t-tiswijiet fil-parti ċentrali tagħha.

Is-sewwieqa huma mħeġġa jsuqu b’attenzjoni u jsegwu s-sinjali tat-traffiku u l-istruzzjonijiet tal-uffiċjali fuq il-post.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport