Il-familja ta’ Ben Caruana Rizzo, it-tifel li ndarab fl-inċident traġiku bid-dgħajsa f’Baħar iċ-Ċagħaq, appellat lill-pubbliku biex joqgħod attent minn ġabriet ta’ flus li qed isiru f’ismu mingħajr l-għarfien jew l-awtorizzazzjoni tagħha.
F’messaġġ fuq il-midja soċjali, il-familja ċċarat li ħadd ma ngħata permess jiġbor donazzjonijiet f’isem Ben u appellat biex ħadd ma jagħti flus qabel ma jivverifika magħha.
Il-familja spjegat li jekk ikun hemm bżonn li ssir ġabra ta’ fondi, din titħabbar uffiċjalment minnha stess.
Filwaqt li rringrazzjat lill-pubbliku tal-imħabba u l-appoġġ kontinwu, il-familja appellat biex ħadd ma jabbuża mis-sitwazzjoni diffiċli li għaddej minnha Ben.
