X’sorpriża ħelwa kellna mingħand dan Noah. Dan iċ-ċkejken tant kemm qed juri interess fl-istrumenti tradizzjonali Maltin, tant li għamel żafżafa u ġie fejn konna qed indoqqu aħna biex idoqq magħna.
Dan kien il-messaġġ li wasslet il-band Kantera, fejn spjegat li; “dan hu sodisfazzjon kbir għalina, li dak li qed nagħmlu permezz tal-mużika tagħna, qiegħed jiġi trażmess f’ġenerazzjonijiet iżgħar u ma nitilfux dak li jagħmilna Maltin u Għawdxin”

