Friday, November 15, 2024

Xterra Gozo Trails – Parteċipazzjoni tajba b’ Ryan Farrugia u Dzintra Grech l-ewwel atleti Maltin li jispiċċaw ir-rotta ta’ 50km

Aqra wkoll

Xterra Malta ospitat ix-Xterra Gozo Trails, tellieqa tant mistennija fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet fejn laqgħet ‘il fuq minn 350 atleta fuq tliet distanzi – 50km, 21km u ir-rotta ġdida ta’ 11km.

Ir-rotta ta’ 50km iddur madwar il-perimetru ta’ Għawdex, u titla sa 1500m ta’ elevazzjoni.  L-atleti għandhom sa’ 10 sigħat, biex jlestu t-tellieqa u dan ippermetta li jieħdu sehem atletli li għadhom jibdew dan l-isport kif ukoll dawk li jixtiequ jgawdu r-rotta.   It-trail ta’ 21km kopriet l-aħħar nofs tal-korsa filwaqt li t-tellieqa ta’ 11km bdiet fi tmiem ir-rotta madwar korsa li twassal lura lejn ir-kwartieri tat-tellieqa ġewwa Għajnsielem.

L-edizzjoni ta’ din is-sena attirat atleti minn kważi 30 pajjiż madwar id-dinja, b’parteċipazzjoni qawwija mill-biċċa l-kbira tal-pajjiżi Ewropej kif ukoll mill-Amerika ta’ Fuq u t’Isfel, l-Afrika t’Isfel, u l-Filippini. Ħadu sehem ammont sostanzjali ta’ Maltin, li jawgura tajjeb għall-futur ta’ dan l-isport.

Fost l-atleti li ħadu sehem fl-Ultra distanza kien hemm l-atleta pro Franċiż Matthieu Blanchard li rebaħ din id-distanza. Hu temm il-ġirja f’4 sigħat 15-il minuta 37 sekonda, tliet minuti warajh kien Jamie Stephenson, filwaqt li l-Ultra Runner Malti Ryan Farrugia temm il-korsa f’4:21:29, biex b’hekk kien l-ewwel Malti li spiċċa.

Dzintra Grech kellha tiġrija eċċellenti fil-kategorija femminili, fejn rebħet il-50k ultra f’5 sigħat 25 minuta, 34 sekonda. Tiziana Bonnici (6:12:13) u Catherine Chetcuti (6:17:32) temmew it-tellieqa fit-tieni u t-tielet post rispettivament.

Fit-tellieqa ta’ 21km, l-atleta veteran Kevin Zammit – li m’għandu bżonn l-ebda introduzzjoni fix-xena tal-atletika lokali, rebaħ it-tellieqa f’ħin ta’ 1:38:08. Hu kien segwit minn Ariel Cruz (1:42:20) u Zak Farrugia (1:42:21) li kien sekonda biss wara Cruz fuq il-linja finali. Rosalie Borg Cauchi, li ilha tipproduċi wirjiet b’saħħithom minn mindu ħarġet fix-xena sportiva, ħadet l-rebħet,  f’ħin ta’ 1:38:08. Fuq il-podju ingħaqdu magħha Clara Attard Formosa (2:04:35) u Mikaela Borg (2:09:25).

It-tellieqa ta’ 11km, li kien dak li kellu l-aktar parteċipanti, ra lil Imed Ben Moussa jispiċċa l-ewwel fi 48 minuta, 27 sekonda. Hu kien segwit minn Kyle Darmanin (49:35) u Dalziel Bugeja (52:52). L-Ambaxxatriċi ta’ Xterra Malta Tara Abdilla (55:06) kienet l-ewwel li spiċċat id-distanza, segwita minn Ana Catarina Gomes (1:00:41) u Colette Micallef (1:06:22)

“Il-parteċipazzjoni f’dan l-avveniment uriet iż-żieda fil-popolarità tat-trail running. Malta u Għawdex, għalkemm żgħar, għandhom ħafna x’joffru f’dan ir-rigward – dan ġie ppruvat min-numru ta’ atleti internazzjonali li ħadu sehem u li kellhom kummenti pożittivi ħafna dwar it-tellieqa b’mod ġenerali” spjega Nathan Farrugia, Direttur tat-Tlielaq, Xterra Malta. “Id-distanzi iqsar urew li huma tajbin għal dawk li jibdew li jixtiequ jesperjenzaw dan it-tip ta’ sport kif ukoll għal dawk li jixtiequ jmorru oltre mil-limiti tagħhom”

Il-50k Ultra Distance għandha 2 punti ITRA u hija tiġrija uffiċjali ta’ kwalifikazzjoni UTMB.

Kemm l-avvenimenti ta’ 50K kif ukoll ta’ 21K huma tlielaq ta’ kwalifikazzjoni għall-Kampjonati tad-Dinja ta’ Xterra Trail Running.

L-organizzaturi jixtiequ jirringrazzjaw lil Visit Malta, Intersport Malta, Garmin Malta, u Cisk Excel talli appoġġjaw l-avveniment. Iktar grazzi lil Le Grenier à Pain u Guzeppe għall-ospitalità u l-appoġġ nutrittiv, ERRC għas-sigurtà, Kunsill Lokali Għajnsielem, ERA, Avene u l-voluntiera u l-marixxalli kollha li ċedew tmiem il-ġimgħa tagħhom biex jgħinu biex l-avveniment ikun suċċess.

Riżultati Uffiċjali jistgħu jarawhom fuq – https://my.raceresult.com/197881/results

Ekonomija

Sport