Saturday, May 18, 2024

‘X’tista’ tagħmel kontra Jordan Pickford?’ – Jurgen Klopp

Aqra wkoll

Il-manager ta’ Liverpool, Jurgen Klopp, tħalla bla kliem wara s-saves deċisivi tal-goalkeeper ta’ Everton, Jordan Pickford, fid-draw ta’ mingħajr goals tas-Sibt fid-derby ta’ Merseyside kontra Everton f’Goodison Park.

Il-goalkeeper numru wieħed tal-Ingilterra pproduċa prestazzjoni ta’ Man of the Match bi tmien saves mill-aqwa biex żamm l-iskor indaqs u estenda l-bidu frustranti ta’ Liverpool għall-istaġun il-ġdid tal-Premier League.

Pickford wettaq save spettakolari fuq Darwin Nunez fi tmiem l-ewwel taqsima qabel ma ċaħħad lil Mohamed Salah u Roberto Firmino fit-tieni taqsima.

Sport