Sunday, December 22, 2024

Yorgen Fenech se jgħaddi ġuri b’rabta mal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia

Aqra wkoll

Yorgen Fenech li jinsab mixli b’kompliċità fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia tqiegħed formalment taħt att ta’ akkuża u b’hekk mistenni jgħaddi ġuri b’rabta ma’ dan l-omiċidju li seħħ f’Ottubru 2017.

L-Avukat Ġenerali ppreżenta l-Att tal-Akkuża kontra Fenech dalgħodu fejn qed jinsisti li f’każ ta’ ħtija, Fenech jingħata piena ta’ għomru l-ħabs.

Minbarra l-akkuża ta’ kompliċità, Fenech jinsab akkużat ukoll li assoċja ruħu ma’ persuni oħra bil-ħsieb li jitwettaq delitt f’pajjiżna. Għal din l-akkuża, l-Avukat Ġenerali qed jitlob piena ta’ bejn 20 u 30 sena priġunerija.

B’dan l-aħħar żvilupp, minkejja li ngħalqet ukoll il-kumpilazzjoni tax-xiehda kontra n-negozjant Yorgen Fenech, kull evidenza ġdida tista’ tiġi ammessa skont il-liġi.

Ekonomija

Sport