Wednesday, April 24, 2024

Diskussa t-talba għall-ħelsien mill-arrest ta’ Yorgen Fenech

Aqra wkoll

L-Avukat Ġenerali ressaq l-atti ta’ akkuża l-Qorti, u fihom qed jitlob li Fenech jeħel il-ħabs għal għomru għall-involviment tiegħu f’dan id-delitt.

Intant l-avukat tad-difiża Charles Mercieca fil-Qorti pprova jagħti raġunijiet għalfejn Yorgen Fenech għandu jingħata l-ħelsien mill-arrest. Fost dawn ir-raġunijiet huwa sostna li wiċċu dar mal-erbat irjieħ tad-dinja u jinsab fuq kull gazzetta b’hekk ma jista’ jmur imkien mingħajr ma jintgħaraf.

Kompla li llum ninsabu f’punt fejn l-akkużat ilu mas-600 ġurnata miżmum u wasal iż-żmien li dan jinħeles mill-arrest.

Id-Deputat Avukat Ġenerali jagħti raġunijiet kuntrarji għat-talbiet tad-difiża fosthom li d-difiża kienet sostniet li l-jott kien se jittella’ Palermo għal manuntenzjoni iżda din ma kinitx skedata għal Novembru, iżda għax-xhur ta’ wara. Tkellem ukoll dwar messaġġi li ntbagħtu permezz ta’ WhatsApp fosthom “We can’t rent a car and run away with it” u “we do it before it is too late” li skontu huma messaġġi li jindikaw l-intenzjoni li l-akkużat jaħrab mill-pajjiż.

Il-Qorti rriżervat id-dritt li tagħti d-deċiżjoni tagħha fil-mument opportun.

Sport