Monday, April 28, 2025

Zabbar St Patrick jaċċertaw mis-salvazzjoni

Aqra wkoll

Zabbar SP …….2

Melita ……..….0

Minn Cristian Muscat

Zabbar St Patrick għelbu lil Melita bl-iskor ta’ 2-0 biex aċċertaw posthom fil-Malta Premier League għall-istaġun li ġej.

Mhux l-istess jista’ jingħad għal Melita li issa jridu jilagħbu fil-play-offs għas-salvaz­zjoni.

Iż-Żabbarin kellhom lill-coach Taljan, Aniello Parisi, il-goalkeper, Justin Haber, u Jurgen Pisani sospiżi, filwaqt li għal Melita kien sospiż il-goalkeeper Pollakk     Alek­sander Andrezj Lubik, biex iddefenda l-lasti, il-goalkeeper żagħżugħ, Gosef Mizzi.

Kien fl-14-il minuta li waslet l-ewwel azzjoni denja ta’ nota min-naħa ta’ Zabbar iżda x-xutt ta’ Diogo Joao Ta­vares intemm għoli.

Fil-31 minuta, il-goalkeeper ta’ Melita, Gosef Mizzi, salva fuq Marcelo Barros Santos.  Tliet minuti wara, xutt ta’  Vi­nicius De Paiva spiċċa barra.

Melita wieġbu għall-ew­wel darba, fit-38 minuta, meta l-free-kick ta’ Matthew Debattista ġie salvat parzjalment mill-goalkeeper, Luca Camil­leri, u r-rebound ta’ Maac van de Font Bovenkamp ġiet imdawra f’corner.

Iżda fl-45 minuta, iż-Żabbarin fetħu l-iskor meta Diogo Joao Tavares għadda lejn MARCELO BARROS SANTOS li minn qagħda tajba għeleb għal kollox lil Mizzi.

Kien biss fit-72 minuta li waslet l-azzjoni sussegwenti biż-Żabbarin jirduppjaw l-iskor meta DIOGO JOAO TAVARES rebaħ il-ballun mingħand Marc van De Font Bovenkamp u permezz ta’ xutt b’saħħtu minn pożizzjoni idea­li ma ħafirx.

Huma komplew fuq l-offensiva u fis-77 minuta tilfu cans tad-deheb li jagħmluhom tlieta meta Brian Ariel Gambarte għadda tajjeb lejn Diogo Joso Tavares li mill-viċin ra lil Mizzi idawwar tajjeb f’corner.

Zabbar SP: 1-Luca Camilleri, 5-Jake Micallef, 8-Felix Wallace Bonilha, 10-Brian Ariel Gambarte (16-Izaak Etim Akpan 87), 11-Stefan Ilic (14-Antonio Pio Iervolino 76), 13-Zachary Grech, 19-Diogo Joao Tavares (23-Gianluca Zammit 87), 21-Strahinja Jovancic, 28-Vinicius De Paiva, 30-Kristian Keqi (99-David Oliveira Souza 67), 95-Marcelo Barros Santos (9-Sean Gatt 76)   – Coach: Fatos Daja

Melita: 1-Gosef Mizzi, 2-Adam Aquilina (18-Ensell Attard 54), 6-Jean Pierre Attard, 7-Karl Mohnani (15-Jack Micallef 65), 10-Matthew Debattista, 13-Marc Van De Font Bovenkamp, 14-David Xuereb (21-Nick Cutajar 54), 19-Jesus Andres Yepez Morlets, 22-Gyamfi Collins (20-Benjamin Cassar 65), 23-Paul Galea Testaferrata (9-Mark Sammut Peresso 76), 24-Gareth Barone   – Coach: Clive Mizzi

REFEREE: Matthew Degab­riele

ASS. REFEREES: Jurgen Spiteri, Max-Lee Muscat

RABA’ UFF: Joseph Scerri

SKORERS: M. Barros Santos 45, D. Joao Tavares 72 (ZSP)

AMMONITI: D. Xuereb (M), M. Barros Santos (ZSP)

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport