Raġel Żabbari jinsab fil-periklu li jitlef ħajtu wara li lbieraħ għall-ħabta tad-9.30 p.m sab ruħu f’diffikultà waqt li kien qiegħed jgħum f’pixxina ta’ gym fis-Siġġiewi.
Jidher li kienu xi nies li kienu fl-istess post li kkuntattjaw lill-Pulizija għall-għajnuna b’numru ta’ uffiċjali flimkien ma’ tim mediku jaslu fuq il-post ftit tal-ħin wara.
Huwa ttella’ mill-pixxina u beda jingħata l-ewwel għajnuna fil-post sakemm aktar tard seta’ jittieħed lejn l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza.
B’rabta mal-każ infetħet inkjesta mmexxija miIl-Maġistrat Dr Philip Galea Farrugia li ħatar numru ta’ esperti biex jassistuh filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.