Leon Farrugia, żagħzugħ ta’ 26 sena u li jaħdem fil-bar qed jappella għall-għajnuna mill-pubbliku. Huwa għamel dan permezz ta’ messaġġ fuq Facebook, fejn spjega li waqt li l-Erbgħa filgħaxija kien qiegħed xogħol fl-istess bar fejn jaħdem, insteraqlu l-basket bil-laptop u li fih kellu t-tezi li jrid jissottometti l-ġimgħa d-dieħla.
Huwa qal li fil-basket, minbarra l-laptop kien hemm ukoll €120, ritratti sentimentali u hardrive b’kopja tat-teżi, li mingħajru ma’ jistax jiggradwa. Fl-istess messaġġ ingħad ukoll; “It-tezi huwa importanti ħafna għalija għax mingħajrha ma nwettaqx il-ħolma tiegħi li niggradwa. Jekk xi ħadd ħa jew isibu, dan għandu jieħdu fl-Għassa tal-Mosta u jien lest li mhu se nfittex lil ħadd, lanqas lil min ħaduli”
Fl-istess messaġġ, Farrugia ħeġġeġ lil min seraqlu l-laptop sabiex ikun uman u sabiex lilu ma jħalliħx jinkwieta fuq il-futur tiegħu għax jekk ma jinstabx, jista ikun hemm possibilita’ li ma jiggradwax.