Thursday, December 26, 2024

Żagħżugħ imut u tfajla tindarab serjament f’inċident f’Ħal Luqa

Aqra wkoll

Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili intalbu jintervjenu fi Triq il-Kunsill tal-Ewropa f’Ħal Luqa minħabba inċident stradali li seħħ fis-sigħat bikrin ta’ dalgħodu.

Dan is-sit jinsab infurmat li l-inċident seħħ meta żagħżugħ ta’ 21 sena għal xi raġuni tilef il-kontroll tal-vettura li kien qiegħed isuq u baqa’ dieħel f’ċint u konsegwentament spiċċa f’għalqa.

Fil-post issejħet ambulanza u tim mediku li assistew minnufih liż-żewġ persuni; lis-sewwieq, u tfajla ta’ 19-il sena li kienet passiġġiera fl-istess vettura.

Sfortunatament is-sewwieq ġie ċċertifikat mejjet fil-post. Intant it-tfajla ttieħdet lejn l-Isptar Mater dei fejn aktar tard ġiet ċċertifikata li qiegħda ssofri minn ġrieħi serji.

Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha b’rabta ma’ dan il-każ.

Ekonomija

Sport