Tuesday, April 23, 2024

“Il-filmati u r-ritratti tal-vittma għandhom jitneħħew” – il-psikjatra Mark Xuereb

Victor Vella
Victor Vella
Ġurnalist

Aqra wkoll

Matul il-ġurnata ta’ llum, rajna filmati u ritratti ta’ persuna li kienet f’mument ta’ diffikultà jiġu mxandrin fuq għadd ta’ mezzi tax-xandir. Rajna ritratti ukoll ta’ dan il-vittma jiġu imxandrin minn għadd ta’ stazzjonijiet, mezzi tax-xandir u persuni oħra. Kellna imbagħad min beda jikkundanna dak li bdew jgħidu n-nies imma fl-istess ħin waqt li jikkundannaw ixandru l-filmat u r-ritratti ta’ dan il-vittma, li ħajtu kienet salvata wara siegħa ta’ negozjati.

Sa tard illejla konna għadna qed naraw il-kundanni għal mod kif aġixxew ċertu persuni u dak li bdew jgħidu li bla dubju ta’ xejn hu kundannabbli għall-aħħar. Il-kummenti kienu xokkanti.

Mill-banda l-oħra, f’każ serju bħala dan, filmati u ritratti simili qatt ma kellhom jixxandru, la minn mezzi tax-xandir u lanqas minn dawk li għażlu li jxandruhom u jikkundannaw.

Fejn hu r-rispett lejn id-dinjità umana? Fejn hi l-etika ġurnalistika? Nistaqsu possibbli ma nindunawx li meta se nesponu vittma f’każ bħal dak ta’ dalgħodu, se nkunu qed nagħmlu ħsara aktar milli ġid?

Talk.mt tkellmet mal-psikjatra Mark Xuereb. Il-persuna li għamel siegħa jinnegozja ma’ din il-persuna u salvalha ħajjitna. Staqsejnieh b’mod ċar ħafna dwar il-filmati u ritratti.

Fi kliemu stess hu appella biex il-filmati u r-ritrratti jitneħħew. Enfasizza li l-filmati u ritratti tal-vittma għandhom jitneħħew. “Dettalji żejda għandhom jitneħħew”, sostna l-psikjatra Mark Xuereb li ma naqasx li jgħid li hu fatt li xeni simili jistgħu jixprunaw każijiet oħra. 

Nittamaw li l-appell tal-psikjatra Mark Xuereb jintlaqa’.

Sport