Friday, April 19, 2024

“M’aħna se ninsewk qatt”… Bosta maħsudin bil-mewt ta’ żagħżugħ f’Ħal Luqa

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

“Minn kellu jgħidli li kelli nqum f’nofs ta’ lejl insellimlek tal-aħħar ħabib”, “M’aħna se ninsewk qatt Iz” u “Ma nistax nemmen, kont inħobbok daqs ħija u żgur mhux se nneħħik minn quddiem għajnejja”. Dawn kienu uħud mill-messaġġi li tħallew minn ħbieb tal-vittma tal-inċident f’Ħal Luqa.

Ismael Grima huwa ż-żagħżugħ ta’ 21 sena li tilef ħajtu f’inċident tat-traffiku li seħħ għall-ħabta tas-1:30 a.m.

Sorsi qrib dan is-sit qalulna li mad-daqqa, iż-żagħżugħ spiċċa barra mill-vettura u sfortunatament huwa ġie ċċertifikat mejjet fil-post.

Passiġġiera mal-ġuvni kien hemm tfajla ta’ 19-il sena li tinsab fil-periklu li titlef ħajjitha.

Sport