Osman Omar ta’ 20 sena residenti Ħal Qormi ġie kkundannat għaxar xhur priġunerija, wara li tressaq il-Qorti mixli li bejn is-Sibt u l-Ħadd li għadda kellu fil-pussess tiegħu droga kannabis.
Fil-Qorti, il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispetturi Jonathan Cassar u Nico Zarb spjegat li spjegat kif Osman ġie nnutat minn Pulizija pajżan ġewwa Paceville u li allegatament ipprova jbigħ xi droga lil Surġent.
Minn tfittxija illisaret fuq l-imputat, irriżulta li dan kellu xi boroż tal-kokaina. Saret ukoll tfitxija fir-residenza tal-impuat f’Ħal Qormi, li minn hemm instabu xi raża tal-kannabis.
Quddiem il-Maġistrat Elaine Rizzo, Omar wieġeb li huwa ħati tal-akkużi kollha miġjuba kontrih. Il-Qorti sabitu ħati u kkundannatu għaxar xhur priġunerija flimkien ma’ multa ta’ €500.
Għaż-żagħżugħ deher l-Avukat Martin Fenech.