Luke Littler, in-numru wieħed tad-dinja fid-darts, ħa azzjoni wara li rrabja ħafna bit-trattament li rċieva mill-partitarji fl-Olanda.
Skont rapporti, Littler irtira minn tliet avvenimenti wara li kkritika l-imġieba tal-folla Olandiża. Il-player Ingliż kien ħa sehem fil-World Series of Darts Finals, fejn wasal sal-kwarti tal-finali qabel tilef kontra Jonny Clayton.
Din it-telfa temmet l-opportunità tiegħu li jagħmel l-istorja billi jsir l-ewwel player li jirbaħ l-10 kompetizzjonijiet ewlenin kollha.
Matul il-kompetizzjoni, Littler kien suġġett għal ibbuwjar u tisfir minn partijiet tal-folla f’diversi logħbiet.
Dan seħħ l-ewwel fil-konfront tiegħu kontra l-Olandiż Danny Noppert u mbagħad kompla fil-logħba kontra Nathan Aspinall f’Amsterdam. Aspinall huwa kemm ħabib kif ukoll kompatrijott ta’ Littler, u rebaħ il-konfront eċċitanti 10-9.
Minkejja l-prestazzjonijiet tiegħu, it-trattament mill-partitarji ħalla lil Littler irrabjat u wasslu biex jieħu passi ulterjuri.




