Wednesday, September 23, 2026
Home Sport Għaliex Kylian Mbappé qal “le” lil Liverpool u lil Jurgen Klopp meta...

Għaliex Kylian Mbappé qal “le” lil Liverpool u lil Jurgen Klopp meta kien viċin li jingħaqad magħhom?

0
48

Kylian Mbappé żvela r-raġuni għaliex fl-2017 għażel li ma jingħaqadx ma’ Liverpool, minkejja li l-club Ingliż kien għamel tentattiv serju biex jakkwista s-servizzi tiegħu  meta kien għadu player żagħżugħ ta’ Monaco. 

Dak iż-żmien, Mbappé kien qed jispikka bħala wieħed mill-aqwa talenti fil-football Ewropew wara prestazzjonijiet impressjonanti ma’ Monaco, li waslu sal-kwarti-finali tal-UEFA Champions League.

Jurgen Klopp, li dak iż-żmien kien il-manager ta’ Liverpool, kellu laqgħa privata ma’ Mbappé u l-familja tiegħu fuq jet privat. Il-familja ttieħdet fuq titjira minn Blackpool għal Nice u mbagħad qagħdu jduru fl-ajru fejn saru d-diskussjonijiet biex ħadd ma jarahom f’din il-laqgħa … fejn  Klopp spjega l-proġett tiegħu. Mbappé qal li ma kellux bżonn ħafna konvinċiment, minħabba l-istatus ta’ Klopp u l-prestiġju ta’ Liverpool, iżda kellu wkoll proposti oħra li kienu attraenti.

Fl-aħħarnett, Mbappé ddeċieda li jibqa’ fi Franza u jingħaqad ma’ Paris Saint-Germain. Huwa spjega li, peress li twieled u trabba f’Pariġi, ried jipprova jsir stilla fil-belt tiegħu u ma riedx jitlaq minn Franza qabel ma jkun kiseb fama internazzjonali.

Ommu, Fayza Lamari, kienet tippreferi li Mbappé jingħaqad ma’ Liverpool u kienet ammiratriċi kbira ta’ Klopp. Hija żaret Anfield, rat diversi logħbiet u kienet impressjonata ħafna bl-atmosfera, il-club u n-nies tal-belt. Minkejja x-xewqa tagħha, id-deċiżjoni finali kienet ta’ Mbappé.

Mbappé ngħaqad ma’ Paris SG b’self, li mbagħad sar trasferiment permanenti ta’ £166 miljun. Wara li sar l-aqwa skorer fl-istorja tal-club, eventwalment ingħaqad ma’ Real Madrid.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here