Illum, għall-ħabta tad-9:30 a.m, il-Pulizija ġiet infurmata li fix-Xemxija direzzjoni lejn Għajn Tuffieħa kienet seħħet ħabta, fejn ġuvni kellu jittieħed l-Isptar għal iktar kura meħtieġa.
Minn investigazzjonijiet illi saru rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn karozza tal-għamla Tayota Vitz misjuqa minn mara Bulgara ta’ 54 sena residenti San Pawl il-Baħar u karozza tal-għamla Peugout 108 misjuqa minn raġel ta’ 27 sena residenti San Pawl il-Baħar. Kawża tal-ħabta bejn iż-żewġ karozzi, it-tieni karozza spiċċat daħlet f’ħajt tas-sejjieħ.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.