Friday, July 24, 2026
Home Aktar Żagħżugħ l-Isptar wara li ndarab f’lukanda fil-Qawra

Żagħżugħ l-Isptar wara li ndarab f’lukanda fil-Qawra

0
686

Żagħżugħ sab ruħu f’diffikultà waqt li kien qiegħed jaqbeż f’pixxina ta’ lukanda fi Triq il-Qawra fil-Qawra.

Fil-post issejħu numru ta’ uffiċjali tal-Pulizija, ambulanza u tim mediku li assistewh fil-post sakemm seta’ jittieħed lejn l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.

Il-kundizzjoni taż-żagħżugħ; Niġerjan ta’ 21 sena, għadha mhijiex magħrufa.