Friday, December 13, 2024

“Żagħżugħ sensittiv li ma ried jara lil ħadd ibati akkost li jbati hu”

Aqra wkoll

Għadd ta’ persuni nġabru fil-Knisja Parrokjali ta’ San Pawl fir-Rabat biex jagħtu l-aħħar tislima lil Robert Azzopardi.

Iċ-ċelebrant tal-quddiesa ddeskriva liż-żagħżugħ bħala bniedem sensittiv lejn l-oħrajn u li ma ried jara lil ħadd ibati akkost li jbati hu. Kompla biex jgħid li bl-għaqal tiegħu Robert u l-qalb tajba tiegħu se jissarrfu għall-ħajja ta’ dejjem. Huwa nnota l-ġest sabiħ immens tal-għoti tal-organi u qal li bl-għoti tal-għajnejn taż-żagħażugħ se jkunu qegħdin igawdu żewġ persuni oħra.

Iż-żagħżugħ ta’ 20 sena fit-Taqsima tal-Kura intensiva wara li fil-5 ta’ Marzu kien involut f’inċident fil-Baħrija.

Ħbieb u kollegi sellmu l-memorja ta’ Robert Azzopardi fejn fost l-oħrajn wieħed minn sħabu qasam l-aħħar ritratt flimkien u qal li baqa’ miegħu sal-aħħar nifs ta’ ħajtu.

Ekonomija

Sport