Żagħżugħ ta’ 14-il sena mill-Mosta u tfajla ta’ 16-il sena minn Marsaskala ammettew li fl-20 ta’ Awwissu li għaddha ppruvaw jisirqu minn karozza ta’ wieħed mill-ġirien taż-żagħżugħ.
Iż-żagħżugħ waħdu ammetta wkoll li jumejn qabel saq mutur misruq mingħajr liċenzja, b’mod perikoluż u bi pjanċi foloz.
Huwa ngħata probation officer sabiex dan iżomm għajnejh fuqu sas-seduta li jmiss li fiha se tingħata s-sentenza. Mad-deċiżjoni li huwa jinżamm arrestat f’dar tat-tfal temporanjament, iż-żagħżugħ deher emozzjonat għall-aħħar.
Min-naħa tagħha t-tfajla ġiet illiberata bil-kundizzjoni li ma twettaqx reat ieħor fi żmien tliet snin.