Żagħżugħ ta’ 26 sena jweġġa’ f’ħabta bejn mutur u vann fix-Xewkija

Aqra wkoll

Żagħżugħ Brażiljan ta’ 26 sena, residenti San Lawrenz, sofra ġrieħi gravi f’inċident tat-traffiku li seħħ ilbieraħ għall-ħabta tad-9.10 ta’ filgħaxija fi Triq it-Tessuti, fix-Xewkija.

Fl-inċident kienu involuti mutur TVS, misjuq miż-żagħżugħ, u vann Ford Transit, misjuq minn raġel ta’ 37 sena residenti x-Xagħra.

Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-ewwel għajnuna fuq il-post u ttieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex, fejn ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport