Friday, December 27, 2024

Zaniolo se jitlef Euro 2024 minħabba injury f’siequ

Aqra wkoll

Rapporti fl-Italja qed jissuġġerixxu li Nicolo Zaniolo, misluf lil Aston Villa, se jitlef il-Euro 2024 dan is-sajf wara li sofra injury waqt dehra tard kontra Liverpool fil-logħba tal-Premier League ta’ nhar it-Tnejn li għadda li ntemmet fi draw ta’ 3-3.

Ir-rapporti jgħidu li l-player ta’ 24 sena sofra mikrofrattura f’siequ waqt dehra ta’ 14-il minuta kontra t-team ta’ Jurgen Klopp. Minn dak inhar sarulu testijiet mediċi, u qed jiġi sostnut li r-riżultat huwa ‘serju’.

Il-player u l-club tiegħu, Galatasaray, issa qed jistennew il-perjodu ta’ rkupru jiġi konfermat.

Il-ħin ta’ rkupru għal dan il-korriment partikolari huwa tipikament tal-inqas xahar, u, fil-ħin tal-kitba, bħalissa fa­dal inqas minn xahar mill-ewwel logħba tal-Euro 2024: il-Ġermanja kontra l-Iskozja, fl-Allianz Arena.

Minħabba ż-żmien li mistenni jdum barra, Zaniolo mhux probabbli li jissejjaħ minn Luciano Spalletti għat-tournament tas-sajf. Il-coach Taljan ikkonferma li 70%-80%’ tal-iskwadra tiegħu diġà ġiet deċiża.

Dawn se jkunu t-tieni Kampjonati Ewropej konsekuttivi li Zaniolo jitlef minħabba injury, hekk kif kien qed jirkupra minn cruciate ligament miksur fis-sajf tal-2021 fiż-żmien tal-Euro 2020 skedat mill-ġdid, li sħabu komplew jirbħu kontra l-Ingilterra f’Wembley Stadium.

Hekk kif Zaniolo għamel id-debutt tiegħu mal-Azzurri fl-2019, u minħabba li l-Italja ma kkwalifikatx għat-Tazza tad-Dinja tal-2022, l-eks żagħżugħ ta’ Roma għad irid jidher f’tournament maġġur.

Ekonomija

Sport