Tuesday, April 23, 2024

Zelensky bi twissija li l-impjant nukleari Ukren jaf jiġi attakkat mir-Russi

… il-Kremlin jiċħdu u jgħidu li din hija biss gidba

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

Putin lest li jordna attakk terroristiku b’vittmi ċivili devastanti fuq impjant tal-enerġija nukleari tal-Ukrajna. Dan intqal mill-President tal-Ukrajna Volodymyr Zelensky hekk kif kien qiegħed jagħmel twissija.

Il-President Ukren qal li l-uffiċjali tal-intelliġenza tiegħu saru jafu b’plott li kien se jinvolvi r-rilaxx ta’ radjazzjoni mill-impjant nukleari ta’ Zaporizhzhia. Hawnhekk Zelensky qal ukoll li pajjiżi Ewropej oħra jistgħu jiġu affettwati, hekk kif ir-radjazzjoni ma tafx fruntieri nazzjonali u għalhekk tolqot biss lil dawk affettwati mid-direzzjoni tar-riħ.

Fit-twissija tiegħu, li wassalha permezz ta’ video conference, il-President Ukren qal li r-Russi qegħdin jikkunsidraw jekk għandhomx jibdew l-attakk uli minkejja dan r-Russi għandhom kollox imħejji u lest għal l-istess attakk.

Min-naħa tiegħu il-Kap tal-Intelliġenza tad-Difiża tal-Ukrajna, Kyrylo Budanov qal li l-minjieri tpoġġew taħt għdira li tkessaħ l-impjant u li fih hemm ġibjun kbir magħmul mill-bniedem li l-użu tiegħu huwa sabiex il-makkinarji jinżammu f’temperaturi siguri.
B’reazzjoni għal dak li qal Zelensky, il-Kremlin ċaħad l-allegazzjoni tal-Ukrajna u qal li din hija biss gidba. Wara dak li intqal mir-Russja, il-President Ukren enfasizza l-fatt li d-dinja ġiet imwissija u li għalhekk id-dinja tista’ u għandha taġixxi.

Huwa qal; “ Aħna lesti li naqsmu l-informazzjoni kollha disponibbli mal-imsieħba tagħna, fosthom mal-Ewropa, mal-Amerika, maċ-Ċina, mal-Brażil, mal-Indja, mad-dinja Għarbija, mal-Afrika u mal-pajjiżi kollha, anke l-organizzazzjonijiet internazzjonali”.

Fir-rigward tal-attakk terroristiku fuq l-impjant nukleari, Zelensky qal; “ Qatt m’għandu jkun hemm attakki terroristiċi fuq impjanti nukleari, imkien. Din id-darba m’għandux ikun bħal Kakhovk, fejn id-dinja ġiet imwissija. Huwa għalhekk din id-darba li d-dinja tista’ u trid taġixxi”.

Sport