Tuesday, December 24, 2024

Zelensky iħeġġeġ lill-punent biex jibgħat aktar difiżi mill-ajru

Aqra wkoll

Volodymyr Zelensky sejjaħ lill-punent biex iwassal kemm jista’ jkun malajr aktar sistemi ta’ difiża mill-ajru hekk kif sensiela ta’ attakki b’missili, drones u artillerija Russi qatlu minn tal-inqas 11-il persuna.

“Ir-Russja qed tkompli tolqot lil nies ċivili,” qal il-President Ukren f’kitba fuq il-midja soċjali nhar is-Sibt. Tmienja ġew ikkonfermati mejta, inkluż tifel u tarbija, wara attakk bi drone matul il-lejl fuq blokka ta’ appartamenti fil-belt tal-port tan-Nofsinhar ta’ Odesa.
Zelenskiy qal: “Għandna bżonn aktar difiżi tal-ajru mill-imsieħba tagħna. Irridu nsaħħu d-difiża mill-ajru tal-Ukrajna biex inżidu aktar protezzjoni għan-nies tagħna mit-terrur Russu.”

Sadanittant, il-Ministru tal-Intern Igor Klymennko qal li 10 persuni għadhom irrapportati nieqsa wara l-attakk f’Odesa. Kważi 100 ħaddiema tas-salvataġġ intbagħatu fuq il-post sabiex ikomplu bil-ħidma tagħhom ta’ tiftix u salvataġġ matul il-lejl. Il-forzi armati tal-Ukrajna qalu li r-reġjun ta’ Odesa ġie attakkat minn tmien drones, li minnhom inqerdu sebgħa.

Ekonomija

Sport