Saturday, November 23, 2024

Zelensky ikeċċi lill-Ministru tad-Difiża Ukren

Aqra wkoll

Il-President Ukren Volodymyr Zelensky keċċa lill-Ministru tad-Difiża Oleksii Reznikov mill-kariga tiegħu. Hu kien ilu jokkupa din il-kariga mill-bidu tal-invażjoni Russa fuq il-pajjiż fi Frar tas-sena li għaddiet.

Zelensky fil-messaġġ li jgħaddi kull filgħaxija qal li kien qiegħed ineħħi lill-Ministru tad-Difiża mill-kariga biex b’hekk dan il-ministeru jingħata ħajja ġdida. Fl-istess waqt ħabbar li Rustem Umerov se jkun qiegħed imexxi dan il-Ministeru b’mod immedjat.

“Nemmen li dan il-ministeru għandu bżonn ħajja ġdida u formati ġodda ta’ kif jitnexxew kemm l-armata u anke s-soċjetà b’mod ġenerali,” qal il-President Ukren.

Rapporti fil-midja internazjonali qegħdin jgħidu li Zelensky ma kienx kuntent kif qiegħda titmexxa l-gwerra u bħal donnu kull sforz biex “ikeċċu” lir-Russi mill-pajjiż kien qed jispiċċa fix-xejn.

Qed jingħad ukoll li Reznikov se jkun qiegħed jintbgħat lejn Londra bħala Ambaxxatur f’isem l-Ukranja minħabba li l-President jaf li dan il-politiku għandu ċertu kuntatti ma’ politiċi barranin.

Sport