Sunday, November 24, 2024

Zelensky jissospendi lill-Kap tas-Sigurtà u lill-Prosekutur Ewlieni fuq allegat każi ta’ tradiment

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-President Ukren Volodymyr Zelensky issospenda lill-Kap tal-Aġenzija tas-Sigurtà tal-Ukrajna (SBU) u lill-Prosekutur Ewlieni wara allegat każijiet ta’ tradiment. Huwa qal li aktar minn 60 eks ħaddiem issa qed jaħdmu kontra l-Ukrajna f’żoni okkupati mir-Russi. 

Zelensky żied jgħid li b’kollox infetħu 651 każ ta’ kollaborazzjoni u tradiment kontra uffiċjali tal-infurzar tal-liġi. L-uffiċjali, Ivan Bakanov u Iryna Venediktova, għażlu li ma jikkummentawx. 

“Tali firxa ta’ reati kontra l-pedamenti tas-sigurtà nazzjonali tal-istat… joħolqu mistoqsijiet serji ħafna lill-kapijiet rilevani (taż-żewġ organizzazzjonijiet),” huwa qal f’filmat li xxandar il-Ħadd li għadda.

Wieħed mill-konsulenti ta’ Zelensky iċċara li l-imsemmija uffiċjali ma tkeċċewx iżda ġew sospiżi sakemm isiru l-investigazzjonijiet. 

Sport