Friday, April 19, 2024

Żewġ aħwa jsibu lil xulxin wara 45 sena

Mandy Cilia
Mandy Cilia
Ġurnalista

Aqra wkoll

Żewġ aħwa nisa li għandhom l-istess età kif ukoll l-istess missier, kienu ilhom joqogħdu fl-istess belt għal aktar minn 30 sena. Iżda ma kinux jafu bl-eżistenza ta’ xulxin minħabba li kellhom omm differenti.

Saru jafu lil xulxin riċentament wara li għamlu DNA test u hemm indunaw kemm għandhom affarijiet komuni bejniethom. Saħansitra anka t-tfal tagħhhom iggradwaw fl-istess ġurnata fl-istess skola u huma t-tnejn kienu preżenti għaċ-ċerimonja jiġbdu r-ritratti lil uliedhom.

Dak iż-żmien waħda mill-aħwa, Michele Dugan, kienet ingħatat għall-adozzjoni filwaqt li oħtha, Trish Morgan, baqgħet tgħix mal-ġenituri tagħha. 

Tliet snin ilu Michele ddeċidiet li tfittex l-għeruq tagħha u tkun taf eżatt min hi u minn fejn ġiet. B’sorpriża għaliha, ftit wara rċeviet messaġġ li kienet oħtha stess li talbitha biex imorru jieħdu kafè. Dik kienet l-ewwel laqgħa tagħhom u minn hemm qatt ma ħarsu lura. 

Xi ħaġa li ħalliethom meraviljati kienet li t-tnejn li huma kellhom tfal subien li inzertaw tal-istess età kif ukoll li għandhom interess kbir fil-bejgħ tal-proprjetà. Huma ngħaqdu flimkien u fetħu aġenzija tal-proprjetà bl-isem ta’ Selling Vegas u s’issa għamlu fuq 12-il miljun dollaru.

Sport