Wednesday, April 24, 2024

Żewġ donazzjonijiet ta’ apparat elettroniku biex it-tfal kollha jkollhom opportunitajiet indaqs

Aqra wkoll

Il-Gvern b’donazzjoni ta’ €15,000 mill-iskema tal-IIP

Mr Clean u Bad Boy Cleaners ingħaqdu flimkien biex jagħtu donazzjoni ta’ apparat elettroniku biex aktar tfal ikunu jistgħu jkollhom aċċess għal tagħlim online. B’hekk dawn iż-żewġ kumpanija jingħaqdu mal-ħames donaturi ta’ qabilhom li wkoll offrew li jagħtu sehemhom f’din is-sitwazzjoni tal-pandemija tal-Covid-19. Ħabbar dan is-Segretarju Permanenti fil-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol f’konferenza tal-aħbarijiet li saret aktar kmieni dalgħodu.

L-Onorevoli Alex Muscat f’isem il-gvern ħabbar ukoll li permezz tal-programm tal-IIP, għal darba oħra se tingħata għajnuna finanzjarja biex jinxtara l-apparat li hemm bżonn biex it-tfal kollha jkollhom l-istess opportunitajiet ta’ tagħlim. Bħala donazzjoni inizjali se jkunu qed jinħarġu €15,000 li jistgħu jiżdiedu skont in-neċessitajiet.

Il-Ministru Owen Bonnici kompla jemenda fuq dawn id-donazzjonijiet u filwaqt li rringrazzja lill-kumpaniji li ngħadu biex joffru 30 tablet lit-tfal l-aktar vulnerabbli, għamilha ċara li baqa’ familji li għad għandhom bżonn l-għajnuna. Tkellem dwar sitwazzjoni ta’ familja bi tlett itfal li jużaw kompjuter wieħed u li din is-sitwazzjoni jeħtieġ titranġa biex it-tfal ikomplu bit-tagħlim tagħhom.

Sport