Investigazzjonijiet intensivi mill-Pulizija wasslu sabiex fl-aħħar sigħat ġew identifikati u arrestati żewġ ġuvintur ta’ 16-il sena li allegatement kienu involuti fil-każ li seħħ is-Sibt li għadda fil-Belt Valletta.
Żagħżugħ weġġa’ gravi wara li tard is-Sibt filgħaxija kien involut f’argument fi Triq il-Merkanti fil-Belt Valletta. Minn stħarriġ illi sar irriżulta li grupp ta’ żgħażagħ kienu involuti fl-imsemmi argument u li allegatament kien hemm erba’ minuri li sfaw aggrediti minn aggressuri li ħarbu minn fuq il-post sakemm waslu l-Pulizija.
Iż-żewġ ġuvintur arrestati mistennija jitressqu l-Qorti matul il-ġurnata ta’ għada filwaqt li l-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjoni tagħha.