Tuesday, March 26, 2024

4,387 spezzjoni mill-OHSA matul l-2022

Aqra wkoll

Matul is-sena li għaddiet saru 4,387 spezzjoni minn uffiċjali għas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol (OHSA). Ikkonferma dan il-Ministu għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar Stefan Zrinzo Azzopardi meta mistoqsi fil-parlament rigward il-ħidma rispettiva.

Fl-istess perjodu l-istess awtorità sfat fil-mira ta’ kummenti varji minħabba żieda fl-inċidenti fuq il-postijiet tax-xogħol u saħansitra anke numru ta’ fatalitajiet.

Intant f’kummenti lil dan is-sit fl-aħħar jiem il-Kap Eżekuttiv tal-OHSA Mark Gauci laqa’ l-abbozz ta’ liġi maħsub li jemenda l-kodiċi kriminali bil-għan li jipprovdu bażi legali għall-involviment tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol fl-aċċessi li jirriżultaw minn inċidenti industrijali jew inċidenti li jseħħu fuq post tax-xogħol.

Gauci qalilna li filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-OHSA kienu qegħdin jitlestew fi ftit ġimgħat, inkjesti maġisterjali kienu qegħdin u kif semmejna aktar qabel qegħdin itawlu tant li għad hemm numru konsiderevoli minnhom li għadhom pendenti.

Huwa ċaħad allegazzjonijiet li l-awtorità ma tiħux azzjoni u qal li kull każ jittieħed b’serjetà kbira u ssir l-investigazzjoni skont kif inhu obbligat li jsir bil-liġi.

Ekonomija

Sport