Scan se tkun qed tagħlaq l-operazzjonijiet kollha tagħha wara li tnejn mill-impjegati tagħha rriżultaw pożittivi għall-Covid-19.
Kienet il-kumpanija stess li ħabbret dan permezz ta’ messaġġ fuq il-midja soċjali.
Iż-żewġ ħaddiema kienu jaħdmu fid-dipartiment tas-sales.
Ħwienet elettroniċi kienu baqgħu meqjusin bħala li joffru servizz essenzjali mill-awtoritajiet u għaldaqstant baqgħu jofru s-servizzi tagħhom.
Id-deċiżjoni ta’ Scan se tkun qed tolqot ukoll is-servizzi li jinkludu d-dipartiment tas-servicing u tad-delivery.