Minn tal-inqas 100 persuna nqatlu u 300 oħra ndarbu fi splużjoni ta’ żewġ karozzi bomba barra l-Ministeru tal-Edukazzjoni fil-kapitali tas-Somalja, Mogadishu. Dan ħabbru fi stqarrija l-President tas-Somalja kmieni l-Ħadd filgħodu.
“In-nies tagħna ġew immassakrati. Dawn jinkludu ommijiet li kienu qed iġorru l-uliedhom f’idejhom stess, missirijiet li kellhom kundizzjonijiet mediċi, studenti u anke negozjanti,” qal il-President Hassan Sheikh Mohamud fi żjara li għamel fuq is-sit fejn seħħ l-inċident.
Għalkemm ħadd ma ħa responsabbiltà tal-attakk, għalkemm ingħad li l-President tefa’ t-tort fuq il-grupp Iżlamiku al-Shabaab. L-ewwel splużjoni laqtet il-Ministeru tal-Edukazzjoni qrib junction traffikuża f’Mogadishu. It-tieni waħda seħħet hekk kif waslu l-ambulanzi u n-nies kienu miġbura biex jgħinu lill-vittmi.
L-attakk seħħ fl-istess post tal-akbar bumbardament fis-Somalja, li qatel aktar minn 500 persuna, fl-istess xahar fl-2017. F’dik l-isplużjoni, trakk kien sploda barra lukanda, li hija mdawra b’uffiċini tal-Gvern, ristoranti u kjosks.