Sunday, December 22, 2024

Żewġ Ministri Iżraeljani jheddu li se jirreżenjaw jekk il-PM jaqbel mal-proposta tal-waqfien mill-ġlied f’Gaza

Aqra wkoll

Żewġ Ministri Iżraeljani, tal-lemin estrem heddew li jieqfu jekk il-Prim Ministru Benjamin Netanyahu jaqbel ma’ proposta ta’ waqfien mill-ġlied f’Gaza li ġiet żvelata mill-President Amerikan Joe Biden, nhar il-Ġimgħa li għadda

Il-Ministru tal-Finanzi Bezalel Smotrich u l-Ministru tas-Sigurtà Nazzjonali Itamar Ben-Gvir qalu li huma kontra li jintlaħaq kwalunkwe ftehim qabel ma jinqered il-Hamas.

Madanakollu, il-Kap tal-Oppożizzjoni tal-pajjiż, Yair Lapid wiegħed li jappoġġa lill-Gvern jekk Netanyahu se jappoġġja l-pjan li tħabbar minn Biden. Il-Prim Ministru nnifsu insista li mhux se jkun hemm qbil qabel ma’ il-militari u governattivi tal-Hamas jiġu meqruda u sakemm ma’ jinħelsu l-ostaġġi kollha.

Il-proposta li ħabbar Biden tnqasam fi tliet partijiet u tibda bil-waqfien mill-ġlied ta’ sitt ġimgħat li fih il-Forzi tad-Difiża Iżraeljani (IDF) jirtiraw minn żoni f’Gaża. Imbagħad il-ftehim eventwalment iwassal għall-ħelsien tal-ostaġġi kollha u jkun hemm pjan ta’ rikostruzzjoni għal Gaża.

F’messaġġ fuq il-midja soċjali, il-Ministru Ben-Gavir qal li dan il-ftehim għalh ifisser it-tmiem tal-gwerra u l-abbandun li xi darba il-Hamas jinqered. Qal ukoll; “Dan huwa ftehim li jikkostitwixxi rebħa għat-terroriżmu u theddida għas-sigurtà għall-Istat tal-Hamas”.

Dan kollu inqala, hekk kif għexieren ta’ eluf ta’ nies inġabru f’Tel Aviv, u talbu lill-gvern Iżraeljan biex jaċċetta dak li ppropona Biden u saħanstra kien hemm wħud li talbu wkoll għar-riżenja tal-PM Netanyahu.

Ekonomija

Sport