Thursday, June 18, 2026

Żewġ persuni arrestati b’rabta ma’ traffikar tad-droga

Aqra wkoll

Tissokta l-ħidma tal-Pulizija fil-ġlieda kontra t-traffikar tad-droga, bl-arrest ta’ żewġ persuni oħra u s-sejba ta’ madwar 100 gramma sustanza allegatament eroina, b’valur fis-suq ta’ kważi €13,000.

Fl-aħħar jiem il-Pulizija wettqet sorveljanza fuq raġel ta’ 49 sena, residenti Ħal Għaxaq, li allegatament huwa suspettat fit-traffikar tad-droga. Din is-sorveljanza waslet biex ġew innutati movimenti suspettużi minn din il-persuna.

Huwa deher kemm-il darba jiffrekwenta żona fl-inħawi ta’ Ħal Farruġ, fejn ilbierah
filgħodu twaqqaf mill-Pulizija waqt li kien qed jagħmel użu minn vettura Range Rover.

Minn tfittxija li saret fuqu nstabet blokka b’sustanza suspettata eroina, filwaqt li fi
tfittxija f’ħajt fil-viċin instabu żewġ blokok oħra ta’ l-istess droga. It-tfittxijiet komplew fir-residenza tar-raġel f’Ħal Għaxaq u f’residenza ta’ mara ta’ 29
sena f’Ħal Tarxien.

Minn dawn il-postijiet ġew elevati diversi oġġetti relatati mattraffikar tad-droga, numru ta’ mowbajls u ammont konsiderevoli ta’ flus kontanti. Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat Dr Monica Borġ Galea LL.D li ħatret inkjesta.

Ir-raġel ser jitressaq il-Qorti dalgħodu għall-ħabta tal-10:30 a.m., quddiem
il-Maġistrat Dr Lara Lanfranco LL.D. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport