Thursday, June 18, 2026

Waterpolo: San Ġiljan jirbħu b’goal lejn it-tmiem u b’rimonta mill-aqwa

Aqra wkoll

SAN ĠILJAN…….. 11

SLIEMA .…………. 10

(2-5, 3-2, 1-2, 5-1)

F’partita mill-President’s Cup, San Ġiljan għelbu lil Sliema bl-iskor strett ta’ 11-10 bil-goal tar-rebħa għalihom jasal proprju fl-aħħar mumenti tal-partita, u dan wara rimonta mill-aqwa mill-Ġiljaniżi.

Dan hekk fl-ewwel sessjoni huma ġew megħluba bl-iskor ta’ 5-2, biex imbagħad rebħu t-tieni sessjoni bl-iskor ta’ 3-2, bi Sliema jerġgħu jirbħu t-tielet waħda din id-darba bl-iskor ta’ 2-1, bil-Ġiljaniżi jiddominaw għal kollox ir-raba’ u l-aħħar sessjoni u jirbħuha bl-iskor ta’ 5-1.

Għal san Ġiljan spikka ferm il-player Nikolai Zammit li rreġistra poker personali, filwaqt li għal Sliema l-aqwa skorer kien l-Ispanjol Alberto Barroso li wkoll skorja erba’ goals.

San Ġiljan: J. Tanti, D. Bugeja, N. Schiavone, R. Caruana, M. Zammit (1), J. Bonavia (1), B. Plumpton, J. Abela (2), N. Zammit (4), D. Zammit (1), A. Fenech (1), A. Muscat, L. Dimech (1)

Sliema: B. Busuttil, A. Barroso (4), L. Galea, J. Gambin (1), J. Cassar, B. Cachia (1), J. Cutajar, D. Rizzo (2), E. Schembri (1), J. Cachia (1), J. Chircop, D. Zammit, Z. Dzanovic, M. Bonello du Puis, S. Busuttil

Referees: Andrea Baretta, Massimo Angileri

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport