Waterpolo: Sirens jaħsdu lil Neptunes

0
8
ritratt: Mark Mangion

NEPTUNES……. 15

SIRENS ….…….. 18

(4-4, 3-5, 3-4, 5-5)

F’partita oħra mill-President’s Cup, Sirens ħasdu lil Neptunes meta għelbuhom bl-iskor ta’ 18-15, fejn madankollu din ir-rebħa tista’ titqies bħala waħda meritata għat-tim minn San Pawl il-Baħar.

Fll-ewwel sessjoni li pproduċiet xejn inqas minn tmein goals, irrenja bilanċ assolut u ntemmet fi draw ta’ 4-4.

Sirens rebħu t-tieni u t-tielet sessjoni bl-iskors ta’ 5-3 u 4-3 rispettivamnet, bir-raba’ u l-aħħar sessjoni bħall-ewwel waħda tintemm fi draw iżda din id-darba ta’ 5-5.

Għal Neptunes bħas-soltu spikka ferm il-captain Stevie Camilleri li skorja sitt goals, filwaqt li għal Sirens l-aqwa skorers kienu l-Ungeriż Daniel Angyal kif ukoll Matthew Mifsud li rreġistraw poker personali.

Neptunes: M. Castillo, M. Lanzon, S. Gialanze (1), L. Mallia, J. Camilleri (3), J. Valletta (2), S. Camilleri (6), M. Castillo, K. Culina (3), J. Bajada, A. Fava, M. Azzopardi, M. Rossi, H. Shramm

Sirens: N. Grixti, D. Angyal (4), A. Galea, G. Pace, J. Zerafa Gregory (2), K. Agius, M. Ortoleva, I. Riolo (2), P. Serracino, M. Sciberras (2), Z. Mizzi (1), G. Farrugia (3), I. Schembri, M. Mifsud (4), A. Dimech

Referees: Tiziano Petrini, Stefan Licari

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here