Waterpolo: Faċli għal Valletta kontra Otters

0
8
Ritratt: Mark Mangion

VALLETTA ……..20

OTTERS NIVEA ..10

(4-0, 5-3, 5-5, 6-2)

F’partita mill-Premier Promotion, Valletta ftit li xejn tħabtu biex għelbu l-isfida tal-Għawdxin ta’ Otters bl-iskor kbir ta’ 20-10.

Fl-ewwel sessjoni, il-Beltin skorjaw erba’ goals mingħajr risposta, fejn imbagħad huma rebħu wkoll it-tieni u r-raba’ sessjoni bl-iskors ta’ 5-3 u 6-2 rispettivament, bit-tielet waħda tintemm fi draw ta’ 5-5.

L-aqwa skorer għat-tim mill-kapitali kien il-player Serb u akkwist ġdid proprju fl-aħħar jiem, Lazar Vickovic, li rreġistra poker personali, filwaqt li għal Otters l-aqwa skorer kien il-player Taljan, La Rosa, li skorja xejn inqas minn sitt goals.

Valletta: A. Bugeja, G. Sammut (1), M. Carani (2), J. Sciberras (2), J. Colombo (2), L. Vickovic (4), M. Zammit (1), D. Tully (1), K. Borg (3), K. Erdogan (1), M. Chircop (2), K. Cremona, G. Borg, N. Saliba (1)

Otters: M. Grech, J. Borg, K. Scicluna, K. Micallef (1), J. Bugeja, D. Dimech, I. Azzopardi (1), S. Dimech, A. Azzopardi, G. La Rosa (6), M. Farrugia (1), N. Cini (1), C. Borg, N. Camilleri, N. Rafailovic

Referees: Andrea Baretta, Ronnie Spiteri

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here