Friday, December 13, 2024

Żewġ players Ukreni jmutu jiddefendu lil pajjiżhom kontra r-Russja

Aqra wkoll

L-assoċjazzjoni globali tal-players tal-futbol FIFPRO ħabbret li żewġ players Ukreni mietu jiddefendu lil pajjiżhom wara l-invażjoni tar-Russja.

Il-ġlied fl-Ukrajna daħal fis-seba’ jum wara s-sejħa ta’ Vladimir Putin għal operazzjoni speċjali biex il-pajjiż jinvadi l-pajjiżi. 

Il-FIFPRO kkonfermat li Vitalii Sapylo ta’ 21 sena u Dmytro Martynenko ta’ 25 sena tilfu ħajjithom fil-ġlied u saru l-ewwel vittmi tal-football tal-gwerra.

Fi stqarrija, il-FIFPRO qalet: “Ħsibijietna jmorru mal-familji, ħbieb u l-kollegi tat-tim ta’ players żgħażagħ Ukraini Vitalii Sapylo u Dmytro Martynenko, l-ewwel vittmi tal-football irrappurtati f’din il-gwerra. 

Sapylo – goalkeeper li kien parti mit-tim taż-żgħażagħ tat-Tielet Diviżjoni Karpaty Lviv – ingħaqad mal-armata Ukrena bħala kmandant tat-tank iżda jingħad li miet jiddefendi l-kapitali Kyiv, nhar il-Ġimgħa li għadda.

Martynenko – li l-aħħar lagħab mat-tim tat-Tieni Diviżjoni FC Gostomel – miet flimkien ma’ ommu wara li bombi Russi laqtu d-dar tiegħu fi blokk ta’ appartamenti fil-kapitali.

Dikjarazzjoni tal-klabb li tikkonferma l-mewt tiegħu kienet rilaxxata wkoll fit-tieni jum tal-invażjoni, u żiedet: ‘Ngħożżu l-memorja eterna ta’ dan l-eroj.’

Ekonomija

Sport