Saturday, May 18, 2024

Żewġ Taljani jispiċċaw l-isptar wara ħabta bejn mutur u karoza fil-Fgura

Aqra wkoll

Mara u raġel ta’ nazzjonalità Taljana spiċċaw l-isptar wara li b’mutur kienu involuti f’ħabta ma’ karozza fil-Fgura. L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tal-4.30 p.m. fi Triq Vjal il-Kottoner.

Mill-ewwel stħarriġ jirriżulta li l-inċident kien jinvolvi mutur tat-tip Peugoet li kien misjuq minn Taljan ta’ 63 sena residenti Ħaż-Żabbar u karozza tat-tip Suzuki li kienet misjuqa minn raġel ta’ 27 sena residenti Marsaskala. Passiġġiera fuq il-mutur kien hemm ukoll mara Taljana ta’ 63 sena wkoll minn Ħaż-Żabbar.

Tim mediku mar fuq il-post biex jassisti lit-Taljani fejn aktar tard ir-raġel kien iċċertifikat li kien qed isofri minn ġrieħi ta’ natura ħafifa filwaqt li l-mara ġiet iċċertifikata li sofriet ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport