Friday, November 22, 2024

Żewġ terzi tal-popolazzjoni adulta f’Malta mlaqqma bil-booster

Aqra wkoll

Żewġ terzi tal-popolazzjoni adulta f’pajjiżna, li jfisser 67%, hija mlaqqma bid-doża addizzjonali, jew kif inhi magħrufa l-booster.

Dan tħabbar mid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne permezz ta’ messaġġ fuq il-midja soċjali fejn fih ma naqasx l-appell tiegħu lill-pubbliku biex jirreġistra għall-booster billi jidħol fuq is-sit vaccin.gov.mt

Jumejn ilu, id-Deputat Prim Ministru kien ippubblika statistika maħruġa mill-Università ta’ Oxford li ġiet ippubblikata fuq is-sit ‘Our Word in Data’ fejn fiha ħareġ li Malta għandha l-għola rata ta’ persuni mlaqqma bil-booster u l-inqas rata ta’ nies fl-isptarijiet bil-Covid-19 minn fost il-pajjiżi fl-Ewropa. Filwaqt li laqa’ din l-aħbar, Fearne qal li l-booster qed jaħdem.

Sport