Wednesday, April 24, 2024

Covid: Malta bl-ogħla rata ta’ tilqim bil-booster u bl-inqas rata ta’ persuni l-Isptar fl-Ewropa

Aqra wkoll

Malta għandha l-għola rata ta’ persuni mlaqqma bil-booster u l-inqas rata ta’ nies fl-isptarijiet bil-Covid-19 minn fost il-pajjiżi fl-Ewropa.

Dan ħareġ minn statistika maħruġa mill-Università ta’ Oxford li ġiet ippubblikata fuq is-sit ‘Our Word in Data’ 

Filwaqt li ppubblika din l-informazzjoni fuq il-midja soċjali, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li l-booster qed jaħdem.

Huwa ħeġġeġ lill-pubbliku biex jaċċetta l-istedina u jirreġistra biex jieħu l-booster billi jidħol fuq is-sit vaccin.gov.mt.

Sa nhar is-Sibt kienu diġà ngħataw aktar minn 273,000 doża tal-booster filwaqt li l-awtoritajiet tas-saħħa lbieraħ qalu li bħalissa fl-isptarijiet hemm 115-il persuna, b’sebgħa minnhom li jinsabu fl-ITU.

Mill-aħħar tax-xahar li għadda dawk kollha li għandhom ‘il  fuq minn 18-il sena setgħu jibdew jirreġistraw għall-booster.

F’konferenza tal-aħbarijiet li saret ix-xahar li għadda, Prof. Barbara qal li skont studji li qegħdin isiru jidher li l-booster qiegħed jgħin kontra din l-aħħar problema tal-varjant tal-Omicron hekk kif dan il-vaċċin qiegħed jgħin biex tinħoloq ċertu protezzjoni li żżid l-immunità li ssaħħet bl-ewwel żewġ dożi tal-vaċċin.

Sport