Malta magħżula b’mod unanimu biex fl-2029 tospita konferenza internazzjonali tan-Nazzjonijiet Magħquda dwar il-ġestjoni tal-kimiċi

Aqra wkoll

Malta ntgħażlet b’mod unanimu biex fl-2029 tospita t-Tieni Konferenza Internazzjonali tan-Nazzjonijiet Magħquda dwar il-Qafas Globali għall-Kimiċi, li se tlaqqa’ flimkien rappreżentanti ta’ diversi pajjiżi u organizzazzjonijiet internazzjonali.

Id-deċiżjoni ttieħdet fl-20 ta’ Novembru, waqt l-ewwel edizzjoni tal-konferenza li saret f’Ġinevra, fl-Iżvizzera, wara proposta mressqa mill-Ministru għall-Fondi Ewropej, id-Djalogu Soċjali u l-Protezzjoni tal-Konsumatur, Keith Azzopardi Tanti, f’isem il-Gvern Malti.

Il-Ministru laqa’ din id-deċiżjoni u sostna li hija turija tal-fiduċja tal-komunità internazzjonali f’Malta u tar-rwol li pajjiżna jista’ jkollu fil-kooperazzjoni bejn in-nazzjonijiet.

Il-konferenza se tiffoka fuq il-ġestjoni responsabbli tas-sustanzi kimiċi u l-iskart, bil-għan li jissaħħu l-miżuri għall-ħarsien tas-saħħa u tal-ambjent.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport