Wednesday, December 25, 2024

Żewġ tilqimiet u booster jinnewtralizzaw l-Omicron

Aqra wkoll

BioNTech u Pfizer qalu li kors ta’ tliet titqibiet tal-vaċċin tagħhom tal-Covid-19 kien kapaċi jinnewtralizza lill-varjant Omicron f’test li sar f’laboratorju. Huma qalu wkoll li jekk ikun hemm bżonn, sa Marzu tas-sena li ġejja jkunu kapaċi jagħmlu tilqima kontra dan il-varjant.  Dan kien l-ewwel kumment uffiċjali minn manifatturi tat-tilqim dwar is-saħħa tal-vaċċin kontra l-varjant Omicron. 

Skont BioNTech u Pfizer, minn kampjuni tad-demm li ttieħdu jidher ċar li wara tliet titqibiet il-varjant Omicron jiġi newtralizzat bl-istess effett li kellhom iż-żewġ titqibiet kontra l-virus oriġinali. Kien għalhekk li l-kap ta’ Pfizer Albert Bourla qal l-aħjar mod ta’ kif tiġġieled it-tixrid tal-virus huwa billi kulħadd jieħu l-booster. 

Ekonomija

Sport