Friday, June 19, 2026

Żewġ Torrijiet u Tentattiv għal Rekord Nazzjonali fi Spettaklu Pirotekniku fl-Imqabba Għada

Aqra wkoll

Il-pirotekniċi fl-Mqabba għaddejjin bl-aħħar preparamenti tagħhom biex għada s-Sibt itellgħu spettaklu pirotekniku mill-aktar impressjonanti, li se jinkludi żewġ torrijiet kbar u kif ukoll tapit mekkanizzat tan-nar tal-art fuq firxa ta’ madwar 90 metru.

Bit-titlu Symphony of Stars, dan l-ispettaklu qed jiġi mtella’ mill-Għaqda tan-Nar Madonna tal-Ġilju bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-150 sena anniversarju mill-wasla tal-istatwa artistika u devota tal-Madonna tal-Ġilju fil-Mqabba.

L-attrazzjonijiet ewlenin ta’ dan l-ispettaklu se jkunu żewġ torrijiet kbar li

magħhom in-nar se jkun sinkronizzat ma’ sitt siltiet mużikali, b’effetti mill-iktar innovattivi u kuluri diversi. Attrazzjoni oħra se tkun tapit mekkanizzat tan-nar tal-art, fuq medda ta’ 90 metru, magħmul minn 21 arblu u 52 mekkaniżmu tal-universal, li permezz tiegħu l-għaqda se-tkun qed tagħmel tentattiv ta’ rekord nazzjonali ġdid. L-ispettaklu se jinkludi wkoll wirja ta’ nar tradizzjonali Malti u wirja oħra ta’ nar tal-art.

L-Għaqda tan-Nar Madonna tal-Ġilju hija sinonima għal rekords fin-nar, hekk kif fost l-oħrajn għandha isimha u isem Malta fil-Guinness Book of Records għall-akbar raddiena mekkanizzata tan-nar li qatt inħolqot fid-dinja.

Symphony of Stars se jitella’ s-Sibt 20 ta’ Ġunju mid-9:30pm ’il quddiem fil-bypass prinċipali tal-Mqabba.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport