Tuesday, May 12, 2026

Żewġ turisti Ġermaniżi arrestati b’rabta ma’sewqan perikoluż u tixrid ta’ filmat

Aqra wkoll

Żewġt irġiel Ġermanżi ta’ 41 sena u 39 sena, ġew arrestati wara li kienu identifikati bħala ssewwieq u l-persuna li ġibed filmati ta’ sewqan perikoluż, liema filmat ittella’ fuq il-midja soċjali.

Wara li lbieraħ il-Pulizija waslulha numru ta’ filmati li juru vettura Kia tinstaq b’mod perikoluż f’diversi toroq u f’ħinijiet differenti, immedjatament bdiet investigazzjoni bil-għan li jiġu identifikati kemm il-vettura kif ukoll is-sewwieq.

Permezz ta’ filmati minn CCTV’s, ġiet identifikata l-vettura u minn ivestigazzjonijiet intensivi li saru, ġie identifikat li s-sewwieq kien qiegħed fi stabbiliment f’San Ġiljan.

Il-Pulizija għalhekk marru mill-ewwel fil-post indikat, saret tfittxija, u twaqqfu żewġ persuni li kienu jaqblu mad-deskrizzjoni. Irriżulta li l-persuni kienu s-sewwieq tal-karozza u l-passiġġier li ffilmja, bil-flmati nstabu fuq il-mobile tiegħu.

Għaldaqstant, s-sewwieq ta’ 41 sena ġie arrestat fuq suspett ta’ sewqan perikoluż, waqt li lpassiġġier ta’ 39 sena ġie arrestat fuq suspett li xerred filmati li juri sewqan perikoluż fuq il-midja soċjali.

Dan skont l-emendi legali ġodda li daħlu fis-seħħ f’Marżu li għadda li min jipproduċi jew iqassam materjal li juri persuni jiksru l-liġijiet tat-traffiku bil-għan li
jinnormalizza s-sewqan perikoluż jew iħeġġeġ lil oħrajn jagħmlu l-istess, ikun qed iwettaq reat.

Waqt li l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin, iż-żewġ persuni mistennija jitressqu l-Qorti b’arrest skont il-proċeduri.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport